Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina llum ġie interrogat mill-pulizija tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fil-Ħamrun.
Toni Bezzina qed jiġi investigat fuq korruzzjoni.
Rapporti qed jgħidu li d-Deputat Nazzjonalista qed jiġi investigat dwar każ fi żmien Gvern Nazzjonalista, meta Bezzina kien jaħdem fid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Huwa kien ingħad li qabbad ħaddiema tal-Gvern imorru jagħmlu xi xogħol ta’ tibjid fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq waqt li suppost dawn kienu xogħol mal-Gvern.