Mara minn Alberta fil-Kanada spjegat kif xi ħadd qarraq biha meta persuna biegħilha qattus li hi ħasbet li kien tar-razza Sphynx. Il-qattus li hi xtrat fil-fatt ma kienx sphynx iżda qattus ta’ razza komuni li tqaxxar mis-sid preċedenti.
Il-mara qalet kif il-qattus “deher qishu tar-razza sphynx għax miskin kien litteralment bla suf, irqiq immens u rasu b’forma simili għal ta’ dik ir-razza.”
Joanne Dyck, il-mara li nefqet $700 fuq dan il-qattus, qalet kif dan il-qattus kien vera mgerrex u lanqas ried jintegra ma’ wieħed mill-qtates tagħha.
Meta l-qattus ittieħed għand veterinarju, qalilhom li l-feriti li kellu l-qattus kienu probabli riżultat ta’ daqqiet ta’ xafra.
Ġimgħa wara li xtrat il-qattus, beda jitlalu lura l-pil. “Ħsibt li beda jibki għax kien qed ifittex lil ommu, iżda naħseb kont sejra żmerċ għax naħseb kien f’agonija minħabba n-nuqqas ta’ pil.”
Il-qattus, bl-isem ta’ Vlad, issa qed jinżamm minn mara oħra wara li xtratu u addottatu mingħad Dyck.