Għan-nies ta’ Tokyo mhix xi ħaġa komuni li jesperjenzaw il-borra qabel il-Milied, iżda l-kapital Ġappuniza għadu kif kellha l-ewwel ‘snowfall’ f’Novembru, wara 54 sena minn meta l-aħħar ġara hekk.
Il-bidla fit-temp kienet inkonvenjenti għan-nies tal-lokal, imma meteoroloġi qalu li dan ma jfissirx li se jkun hemm bidla fit-temp b’mod permanenti, u li diversi fatturi li tħalltu b’kumbinazzjoni jistgħu jkunu r-raġuni għalfejn għamlet il-borra f’Tokyo f’dan il-perjodu tas-sena.
Ġabet magħha inċidenti wkoll: aktar minn mitt persuna sfaw midruba wara li bosta żelqu, dawk li baqgħu fuq sieqhom qasmu l-mument mhux mistenni fuq siti soċjali.
Il-borra ma tantx damet għax it-temp inbidel għal xita…lura għan-normalità.