Ħarġet sejħa għall-offerti għal proġett ta’ madwar €4 miljun biex tinbena mill-ġdid Triq Ħal Luqa, f’Santa Luċija.
Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg fejn qal kif din it-triq ewlenija ser tinbena b’erba’ korsiji, tnejn f’kull direzzjoni bi crash barriers u dwal fin-nofs, aċċess aħjar għal Santa Luċija u korsija mgħollija ‘l fuq mil-livell tat-triq għaċ-ċiklisti u għall-mixi. Il-proġett jinkludi wkoll it-tħawwil ta’ aktar minn 170 siġra mal-ġnub tat-triq u fl-inħawi. Infrastructure Malta ser tibda dan ix-xogħol din is-sena stess.
Sostna kif dan l-investiment jingħaqad ma’ oħrajn li qed jitwettqu f’dawn l-inħawi, fosthom il-flyovers fi Triq Aldo Moro (Marsa Junction Project), it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass, il-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u t-titjib ta’ Triq Diċembru 13.
Temm billi qal li l-ħidma lejn infrastruttura ta’ kwalità ogħla tibqa’ għaddejja bla heda.