Il-Ministru għat-Trasport u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li l-Gvern ħareġ l-ewwel sejħa b’rabta mal-proġett nazzjonali tal-Park Nazzjonali.
Dan l-investiment se jibda bl-ippajanar u l-iżvilupp ta’ żona għall-attivitajiet artistiċi u kulturali u spazju miftuħ għal min irid iqatta’ il-ħin tiegħu fil-miftuħ. Il-Ministru Borg spjega li din il-fażi tal-proġett se tlaħħaq valur ta’ €15-il miljun.
Dan għaliex: “Huwa importanti li jkollna aktar spazji mħaddra u l-Malta National Park ser iwassal dan u ħafna esperjenzi oħra lill-komunitajiet”, sostna l-Ministru Ian Borg.