L-Aġenzija Infrastruttura Malta ħarġet sejħa għall-offerti għall-bini mill-ġdid tal-breakwater ta’ Buġibba, f’San Pawl il-Baħar.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport u Proġetti Kapitali Ian Borg fuq Facebook, li qal kif dan il-breakwater se jagħti faċilitajiet ġodda għall-laneċ tal-passiġġieri.
Dan se jwassal biex din il-lokalità se jkollha servizz ta’ trasport bil-laneċ, bħal ma hemm fil-Belt, f’Bormla u Tas-Sliema.
Il-Ministru Borg saħaq kif għal dan il-proġett, pajjiżna kiseb il-fondi mill-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-Unjoni Ewropea.