Ritratti ta’ żagħżugħ ferut fuq Facebook kmieni dalgħodu qajmu rabja fost bosta. Tyrone Spiteri ta’ 28 sena minn Ħ’Attard kiteb li kien attakkat minn tlett’irġiel ta’ karnaġġjon skur.
“Ħriġt mid-dar, kont sejjer għall-vann tax-xogħol u ħarġu tliet suwed minn warajja, libsin balaklava. Ipprovaw jirisquli l-vann” – qalilna ż-żagħżugħ meta staqsejnieh x’ġara eżatt fi Triq il-Ħarruba Ħ’Attard. Il-pulizija ikkonfermat li għaddeja investigazzjoni.
Ma’ one.com.mt, iż-żagħżugħ spjega li l-irġiel attakkawh qabel ma’ ħarbu minn fuq il-post u mar jagħmel rapport lill-Pulizija.