Il-plejer leġġendarju Ġermaniż Franz Beckenbauer jinsab investigat fuq allegat koruzzjoni fl-għoti tad-dritt ta’ organizazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 fil-Ġermanja. Isem Beckenbauer mhux l-ewwel darba li ssemma’ fl-investigazzjoni kriminali li qed iwettqu l-uffiċjali Svizzeri b’rabta mal-iskandli ta’ koruzzjoni li fihom hemm involuti uffiċjali għolja tal-FIFA.
Beckenbauer dejjem ċaħad li uża xi flus biex xtara xi voti biex b’hekk il-Ġermanja rebħet id-dritt li torganizza t-tazza tad-dinja iżda l-investigaturi qed togħkorhom għajnhom fuq kważi seba’ miljun ewro li suppost intużaw f’avveniment ta’ portata għolja iżda hemm suspetti kbar li s-somma ntużat biex jitħallas dejn mhux akkumulat mill-Federazzjoni tal-Futbol Ġermaniż.
Beckenbauer huwa figura rispetata ħafna fix-xena sportiva u huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja kemm bħala plejer fl-elf disa’ mija erbgħa u sebgħin u anki bħala kowċ, sittax -il sena wara.