Jekk matul is-sena San Pawl u San Ġużepp iġibu ċertu pika fir-Rabat, għall-festi tal-Milied ingħaqdu biex jagħtu atmosfera ta’ festi tal-Milied mill-aqwa.
Dak hekk kif fi Triq San Gużepp u Triq San Pawl itellgħet l-attività Natalis Notabilis. Attività li bdiet fis-sebgħa ta’ Diċembru u ntemmet kmieni l-Ħadd filgħodu.
Kienu jiem li tulhom ħafna għażlu li jaslu wasla sar-Rabat biex jieklu u jixtru ikel tipiku tal-Milied bħal qagħaq tal-għasel, xarba tajba mulled wine, ikel tipiku Ġermaniż jew gingerbread.
Oħrajn forsi xtraw xi punzjetta jew xi rigali fosthom presepji li jduru bis-sħana tax-xemgħa. Dan għaliex l-attività serviet ta’ pjattaforma għall-xogħol artiġjanali u l-pubbliku kellu ċ-ċans li jesebixxu x-xogħol tiegħu.
Fl-isfond ta’ dinja materjalistika, l-attività ma naqsitx milli tfakkar l-iskop ewlieni għalfejn niċċelebraw il-Milied, it-twelid ta’ Ġesù Bambin.