Din il-kafetterija taħsibha tinsab f’xi trejqa fil-gżira Għawdxija. Infatti hekk irrimarka resident Slovakk mal-ġurnalist ta’ ONE News Daniel Attard meta bagħatlu dan ir-ritratt:
“I thought I was in Slovakia, but maybe I took the wrong plane?”
Ir-ritratt ittieħed fi Bratislava, l-Islovakkja – pajjiż li ma jgawdix sajf bħal dak li joffru l-gżejjer Maltin. Min jaf, forsi s-sid kien qed jaħseb f’xi btala fil-gżira ta’ tliet għoljiet.