Rosianne Cutajar offriet ir-riżenja tagħha minn Segretarju Parlamentari sakemm isir il-proċess tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Fi stqarrija fuq il-profil tagħha fuq facebook, Cutajar tenniet b’mod kategoriku li qatt ma għamlet negozju ma’ Yorgen Fenech.
Saħqet li filwaqt li kienet tafu, minn meta saret taf li hu akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, hija qatgħet kull kuntatt miegħu.
Rosianne Cutajar kienet ċara u saħqet li hi qatt ma użat l-ebda kariga politika tagħha biex tinfluwenza xi proċess jew deċiżjoni.
Spjegat kif qatt ma ntalbet tagħmel dan, u lanqas kieku intalbet, hija qatt ma kienet se tasal li tikser il-patt ta’ fiduċja li għandha mal-poplu.
Sostniet li fil-karriera politika tagħha dejjem aġixxiet b’mod integru u korrett.
Spjegat li wara ħafna riflessjoni offriet ir-riżenja minn kariga eżekuttiva b’rispett lejn il-Partit Laburista li ilha timmilita fih għal dawn l-aħħar għaxar snin u għax trid li l-Gvern ikompli jaħdem f’serenità.
Saħqet li f’mument fejn qed jidher kemm dan hu pajjiż fejn tirrenja l-ġustizzja u s-saltna tad-dritt, mhux se tħalli lil min juża lilha biex jipprova jattakka lill-Gvern Laburista u jkisser il-ġid li qed inġibu għall-pajjiż.
Tenniet li mhu se tħalli l-ebda allegazzjoni falza u malinna ttappan ir-riformi li ilna tant naħdmu għalihom u li se nwettqu għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Fl-aħħar ġimgħat kont soġġetta għal diversi attakki inġusti, spins politiċi u kummenti qarrieqa.
Mhux ħa nidħol…
Posted by Rosianne Cutajar on Thursday, February 25, 2021