Bħalissa f’pajjiżna għaddej programm ta’ taħriġ konġunt bejn tobba Maltin mill-isptar Mater Dei u oħrajn Ġermaniżi mill-isptar Red Cross ta’ Kassel.
Dan it-taħriġ qed isir wara li ftit tax-xhur ilu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ffirma Memorandum of Understanding għal kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet. Fil-fatt, it-taħriġ tal-lum hu l-ewwel wieħed min serje ta’ programmi li se jkunu qed ikomplu jsaħħu t-taħriġ tat-tobba Maltin u Ġermaniżi.