Tnieda reġistru nazzjonali għal donaturi ta’ organi. Issa persuna minn 16-il sena ‘l fuq tista’ tirreġistra bħala donatur u jekk tbiddel l-intenzjoni, tista’ tneħħi isimha.
Bħalissa hemm 140 qed jistennew organu u 90 qed jistennew trapjant tal-kliewi.
Filwaqt li rreġistra lilu nnifsu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dan huwa l-isbah rigal li wieħed jista’ jagħti dan il-Milied, ċioe it-tama ta’ ħajja.
Biex wieħed jirreġistra jidhol fis-sit www.organdonation.gov.mt