Bl-implimentazzjoni tal-Community Policing, il-Pulizija se tkun qed taħdem aktar fi qrib mar-residenti, man-negozji, għaqdiet volontarji u assoċjazzjonijiet oħra fil-lokalità, bil-għan li l-lokalità tkun aktar sigura u jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-reati kriminali.
Dan iwassal biex il-pulizija, b’hekk iħossuhom aktar siguri. L-idea tal-Community Policing, tifforma parti mill-Istrateġija għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju li għadda, li għalissa beda bħala proġett pilota fil-lokalità tal-Mellieħa.
Minn meta beda dan il-proġett pilota saru:
124 siegħa foot patrol,
-l-uffiċjali kienu preżenti għal aktar minn 30 inċidenti rrapurtat,
-inħarġu 13-il verbal warning u 8 tickets.
S’issa l-4 uffiċjali tal-komunità ltaqgħu mar-residenti u qassmu fuljett bid-dettalji tagħhom sabiex jinformawhom b’liema partijiet tal-Mellieħa se jkunu taħt ir-resposabbilità tagħhom. Ir-rispons tar-residenti kien wieħed pożittiv, tant li wħud mir-residenti ġa kkuntattjaw lil dawn l-uffiċjali sabiex jitolbu l-għajnuna tagħhom.
Il-Kummissarju tal-Pulizijia, Lawrence Cutajar, stqarr li dan il-proġett hu mmirat sabiex jindirizza kwistjonijiet li jaffettwaw l-aktar lir-residenti, fosthom it-traffiku, ipparkjar ħażin, storbju, kunflitti bejn il-ġirien. Dan bil-għan li tiżdied il-fiduċja fil-Pulizija minħabba li ser ikunu aktar preżenti fil-kommunità.
Il-Kummissarju rringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li appoġjaw dan il-proġett. Kif ukoll lill-espert Ingliż Chris Bull li ħadem fuq dan il-proġett u lis-Surġent Gabby Gatt u l-uffiċjali li qed jagħmlu l-almu biex dan il-proġett ikun ta’ suċċess.
L-għan huwa li dan il-proġett jiġi implimentat f’lokalitajiet oħra Madwar Malta u Għawdex.
Il-Ministru Michael Farrugia tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-proġett. Qal li wara dan l-assessment il-ħsieb huwa li jsir f’lokalità oħra mhux daqstant kwieta. Sabiex imbagħad isir f’Malta u Għawdex