Il-Minsitru Owen Bonniċi nieda t-tnax-il edizzjoni tal-Malta International Arts Festival.
Dan se jsir bejn id-29 ta’ Ġunju u s-16 ta’ Lulju.
F’konferenza tal-aħbarijiet fejn tnieda l-programm, id-direttur artistiku Michelle Castelletti spjegat li din is-sena huwa programm akbar meta mqabbel ma’ snin preċedenti. Dan għaliex se jżewweg xogħlijiet ta’ artisti ta’ fama mondjali ma’ dawk t’artisti Maltin.