Tnejn mill-ħamest irġiel akkużati li ħatfu u interrogaw panel beater fir-Rabat f’Jannar tal-2022 reġgħu ma dehrux quddiem il-Qorti, għat-tieni darba, meta llum issukktat il-kumpilazzjoni tal-provi kontrihom.
Christian Borg, Tyson Grech, Jeremy Borg, Luke Milton, Thorne Mangion, u Burtin Azzopardi jinsabu mixlija li ħatfu lil Carlos Schembri u li sawtuh bl-aħrax. Schembri kien irrapporta li li kienu tefgħuh f’vettura, li fiha sawuth u heddewh li kien se jiġi mmutilat u stuprat b’rabta ma’ allegat serq ta’ vann.
Il-ħamsa li huma ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.
Il-Maaġistrat Monica Vella mmultat lil Tyson Grech €150 u ordnat li jitressaq b’arrest għas-seduta li jmiss, wara li l-avukati tiegħu qalu li ma deherx illum għax inqabad ix-xogħol.
L-avukat ta’ Jeremy Borg qal lill-Qorti li kien ma jiflaħx, iżda ma ressaqx ċertifikat tat-tabib. Il-Maġistrat ordnat li dan iċ-ċertifikat jitressaq fi żmien 24 siegħa.
Il-Qorti ħarġet ordni biex ikun hemm aċċess għall-vann inkwistjoni, li għadu msakkar, Jekk hemm bżonn, dan isir billi jiġi żgassat. Dan għandu jseħħ fil-preżenza tal-ispettur tal-Puliżija u tal-akkużati, sabiex tkun tista’ tinġabar evidenza forensika minn ġo fih.