Koppja Ingliża li kienu qed isuqu mutur tilfu l-kontroll u waqgħu fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar. Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin għaxra.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura. Is-sewwieq, li għandu 31 sena, u l-passiġier, mara ta’ 34 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, ġew iċċertifikati li qiegħdin isofru minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.