Ferrovija Amtrak li kienet qed iġġorr 147 persuna ħabtet ma’ ferrovija oħra tal-merkanzija f’South Carolina, bl-uffiċjali jgħidu li mietu żewġ persuni.
Madwar 70 persuna sfaw feruti. Amtrak qalu li l-magna prinċipali tal-ferrovija tal-passiġġieri u diversi vaguni nqalgħu minn fuq il-binarji fil-ħabta viċin Columbia.
Il-ferrovija kienet qed topera bejn New York u Miami.
Erbat ijiem ilu, sewwieq ta’ trakk inqatel meta l-vettura tiegħu intlaqtet minn ferroviaj li kienet qed iġġorr diversi leġiżlaturi f’Virginia. Id-dipartiment lokali tax-sheriff ikkonferma l-fatalitajiet fil-ħabta ta’ South Carolina, li seħħet fis-sagħtejn u nofs u ħamsa ta’ filgħodu, fil-belt ta’ Cayce.