Żewġ persuni tilfu ħajjithom wara li seħħ attakk fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Marsilja.
L-aggressur intlaqat minn tir meta hu attakka persuni b’arma li taqta’ fi Franza.
Il-Ministru Franċiż, Gérard Collomb, qal li hu jinsab fi triqtu għal fuq ix-xena tad-delitt.
Il-Pulizija ta’ Franza permezz ta’ tweet qalu li s-sitwazzjoni fl-istazzjoni issa tinsab solvuta hekk kif l-aggressur twaqqaf.