Franċiża ta’ 22 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li nqalbet bil-quad bike f’Sannat Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tat-Tnejn filgħodu fi Triq Sannat, meta għal xi raġuni, Franċiż ta’ 24 u Franċiża ta’ 22 sena nqalbu bil-quad bike.
Il-Pulizija kkonfermaw ma’ One.com.mt li fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-Franċiżi l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.