Raġel ta’ 42 sena mill-Kalkara u mara ta’ 36 sena minn Birkirkara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.20pm fi Triq Aldo Moro, fid-direzzjoni lejn in-Nofsinhar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Smart li kien qed isuq, bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’karozza tal-għamla Volkswagen li kienet ipparkjata.
Il-mara kienet passiġġiera fl-iSmart.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lil dawk involuti. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.