Raġel u mara ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:10 ta’ filgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura fejn minn stħarriġ preliminari li għamlu l-Pulizija li marru fuq il-post, irriżulta li r-raġel residenti Raħal Ġdid li għandu 33 sena u l-mara ta’ 44 sena minn Marsaskala li kienu fuq il-mutur għal xi raġuni ħabtu ma’ Toyota Starlet misjuqa anzjan ta’ 75 sena mill-Fgura.
Il-Kundizzjoni tagħhom għada mhix magħrufa.