Żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara kienu involuti f’ħabta bejn xarabank u żewġ karozzi f’Tal-Pietà.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta tat-Tnejn waranofsinhar fi Vjal l-Indipendenza, meta seħħet ħabta bejn xarabank u żewġ karozzi.
Taljana ta’ 34 sena li kienet riekba fix-xarabank ittieħdet b’urġenza l-Isptar flimkien ma’ mara ta’ 22 sena mill-Furjana, li kienet qed issuq waħda miż-żewġ karozzi involuti fl-inċident.
Il-karozza l-oħra involuta fl-inċident kienet qed tinstaq anzjan ta’ 71 sena minn Ħal Luqa, u l-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn Indjan ta’ 32 sena li jgħix l-Imsida.
Il-kundizzjoni taż-żewġ nisa għadha mhix magħrufa.