Minn tal-anqas żewġ persuni nqatlu f’Halle, il-Ġermanja wara sensiela ta’ sparaturi. Jidher li persuna qed tinżamm arrestata b’rabta ma’ dan il-każ, iżda numru ta’ suspettati jidher li rnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post. Qed ikun irrapportat li l-aggressur kien liebes uniformi militari u fetaħ in-nar fi stabbiliment tal-ikel fiż-żona.
Il-midja Ġermaniża qed tirrapporta wkoll sparaturi oħra li seħħew biswit sinagoga fl-istess belt, iżda l-Pulizija għadha ma kkonfermatx dan it-tieni każ.
B’rabta ma’ dan il-Pulizija Ġermaniża ħarġet twissija biex kull min jgħix fil-belt jew sa 8 kilometri ‘l barra minnha, jibqgħu ġewwa.
Ritratt: Reuters