Żewġt irġiel sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’żewġ argument separati kmieni il-Ħadd filgħodu.
Wieħed mill-iriġiel, li għandu 23 sena u huwa mir-Repubblika tal-Maċedonja allegatament ġie aggredit minn grupp ta’ persuni waqt li kien f’post ta’ divertiment fi Triq San Ġorġ. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00 tal-Ħadd filgħodu.
Ir-raġel l-ieħor jidher li ndarab wara li għall-ħabta tal-5:30 tal-Ħadd filgħodu kien involut f’argument fi stabbiliment tad-divertiment li wkoll jinsab fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
L-irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofru minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin.