ONE News jinsab infurmat li għall-ħabta tal-4:50pm, żewġ persuni; raġel ta’ 56 sena u mara ta’ 54 sena, it-tnejn minn Birżebbuġu, li kienu fuq mutur, weġġgħu u ttieħdu l-isptar, wara ħabta ma’ karozza.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 47 sena li jgħix l-Imqabba.
Il-każ ġara fit-telgħa ta’ Selmun, fil-limiti tal-Mellieħa.
Fuq il-post kien hemm uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija u mar ukoll tim mediku.
Ir-raġel u l-mara li kienu fuq il-mutur ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.
RITRATT: Facebook