Kien ifffirmat ftehim dwar it-tneħħija ta’ taxxa doppja bejn Malta u l-Vjetnam.
Dan wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Vjetnam Nguyen Xuan Phuc fejn ġiet diskussa wkoll l-possibbiltà li Malta u l-Vjetnam jaslu fi ftehim biex koppji Maltin ikunu jistgħu jaddottaw tfal minn dan il-pajjiż.
Il-laqgħa saret waqt is-Summit bejn pajjiżi Ewropej u Asjatiċi magħruf bħala ASEM f’Ulaanbaatar, fil-Mongolja.
Mal-Prim Ministru tal-Vjetnam ġie diskuss ukoll kif se jikber iktar il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi anke permezz tal-ftehimiet kummerċjali.