Il-lejl li għadda, l-aġenzija Infrastructure Malta neħħiet is-saffi t’asfalt affettwati mid-diesel li ħareġ mit-trailer involut fl-inċident tat-traffiku lbieraħ fit-triq viċin l-ajruport.
Dan intqal f’kitba fuq Facebook tal-aġenzija governattivi.
Intqal li għalkemm iż-żewġ korsiji tat-triq huma miftuħa, appellat lis-sewwieqa, speċjalment dawk tal-muturi, biex isuqu bil-galbu sakemm tingħata wiċċ ġdid t’asfalt fil-jiem li ġejjin.
Infrastructure Malta rringrazzjat lil Transport Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex isir dan ix-xogħol.