Tneħħew il-gaġeġ tal-ħut li kienu qegħdin temporanjament fil-Bajja ta’ San Tumas għal dawn l-aħħar xahrejn.
Il-fish farms jiġu sorġuti fil-bajja ta’ kull sena minħabba l-maltemp u biex isir manutenzjoni.
Is-sindku ta’ Wied il-Għajn Mario Calleja qalilna li fil-perjodu li l-gaġeġ tal-ħut kienu fil-Bajja ta’ San Tumas ma’ kinux qed joperaw u kienu vojta.
Wara li fl-aħħar jiem qamet ftit tal-kontroversja dwar dawn il-gaġeġ tal-ħut , is-sindku Calleja kien f’kuntatt mas-sid il-fish farms biex dawn jitneħħew mill-aktar fiss, kif filfatt ġara, biex iserħu moħħ il-pubbliku li f’dawn iż-żminjiet imorru jgħumu fil-Bajja ta’ San Tumas.
Il-gaġeġ tal-ħut se jitpoġġew madwar sitt kilometri barra Żonqor fejn oriġinarjament jinżammu għal għaxar xhur sħaħ.