F’Lulju li ġej tletin ċiklist se jaqdfu bir-rota mal elf u mitejn kilometru. Huwa se jibdew bil-vjaġġ minn Oslo fin-Norveġja u jtemmu l-vjaġġ tagħhom f’Amsterdam f’sebat ijiem.
Iċ-chairperson u wieħed mill-fundaturi ta’ Alive, Nicky Camilleri, qal li sa mit-twaqqif tal-fondazzjoni fl-elfejn u tlettax dejjem ħa sehem f’dan il-vjaġġ li għandu l-għan li jħeġġeġ lill-poplu Malti jikkontribwixxi biex jinġabru fondi għar-riċerka dwar il-kanċer.
“Anke meta fiżikament ma kontx b’saħħti biżejjed, biss ridt inkun hemm jiena nħoss li għandi nħoss il-polz ta’ kull parteċipant li hemm minn xiex ikun għaddej.”
Qal li matul iż-żmien, Malta rat bosta tobba u riċerkaturi jħallu art twelidhom biex ikomplu javvanzaw fir-riċerka tagħhom. Dan wassal biex f’Malta ikun hawn nuqqas ta’ riżorsi b’rabta mar-riċerka fil-kanċer.
“Aħna ridna li nsaħħu l-università ta’ malta, insaħħu r-riċerka hawn malta, l-aktar l-aktar fil-qasam tal-kanċer.”
Fl-elfejn u tlettax ir-rata ta’ persuni f’risku ta’ mard bil-kanċer kien ta’ persuna fost erbgħa, iżda llum ir-rata żdiedet għall-persuna minn kull tnejn.
“Għandi tama kbira li minn Malta jkollna breakthroughs. Kellna breakthroughs, qed ikollna breakthroughs, hemm studji kbar għaddejjin, hemm nies bravi ħafna wara din ir-riċerka u ma għandniex naqtgħu qalbna. fl-aħħar mill-aħħar qed nagħmlu dan l-għan kollu għal poplu malti u għal familji tagħna stess”