Il-Kulleġġ għax-xjenza, t-tekonolġija u l-arti, MCAST qed ikompli jwessa’ l-partafoll ta’ studju fuq livell ta’ Masters. Il-Kulleġġ se jibda joffri dan il-pakkett ta’ studju: fl-ilma, l-enġinerija, l-infrastruttura, s-saħħa, soluzzjonijiet ta’ disinn innovattiv fost oħrajn, suġġetti li tibbenefika minnhom l-industrija ta’ pajjiżna. L-għan prinċipali huwa li l-industrija, flimkien mal-akkademiċi u l-istudenti jidentifikaw l-isfidi; preżenti u anke futuri, permezz ta’ riċerka relevanti li twassal għall-soluzzjonijiet tanġibbli.
Il-programmi magħżula ġew żviluppati biex il-ħaddiema jkomplu jżidu l-għarfien u l-ħiliet neċessarji biex jintlaħqu l-miri identifikati fid-dokument tan-Nazzjonijiet Maqgħuda dwar l-iżvilupp sostenibbli 2030. Dawn il-programmi fihom ukoll elementi trans-dixxiplinari li jwasslu lill-istudent biex jiksbu ħiliet varji u neċessarji biex ikunu jistgħu jindirizzaw problemi reali fl-industrija. Filwaqt li se jibbenefikaw minn interazzjoni ma’ akkademiċi u rappreżentanti mill-industrija.
Il-korsijiet li huma ta’ livell sebgħa, se jkunu flessibbli li jagħtu ċans lill-istudenti jattendu lezzjonijiet li jsiru fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll permezz tal-pjattaforma Moodle kif ukoll faċilitajiet oħra tal-elearning.