“Lilhinn minn hekk aħna xtaqna li l-application ma tintużax biss mill-Ministeru għat-Turiżmu imma mill-Gvern kollu. Għalhekk aġenziji bħal Heritage Malta se jużawha wkoll biex isaħħu l-content ukoll.” Dan stqarru il-Ministru Konrad Mizzi waqt li kien qed iniedi l-app ta’ VisitMalta.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, sostna li permezz tad-Delta Summit inkomplu nuru kif l-Gvern qed ikun minn ta’ quddiem fejn tidħol it-teknoloġija. Huwa semma proġett li se jara għadd ta’ servizzi jagħmlu l-qabża li jmiss billi jiġu offruti permezz t’applikazzjonijiet fuq il-mobile.
Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia sostna“Dan il-proġett Converge ifisser li qed indaħħlu lil Malta, imexxu lil Malta f’era diġitali permezz ta’ servizzi u apps li l-poplu Malti jista’ jaċċessa, jiġifieri s-servizzi kollha l-poplu Malti kellu u għad għandu mal-Gvern issa ħa jsibhom mod diġitali.”
Il-pjan futur huwa li l-fondi Ewropej wara l-2020 jintużaw biex tkompli tisaħħaħ l-pjattaforma diġitali li tikumplimenta d-direzzjoni li pajjiżna ħa għal futur qrib.
Din l-app tista’ tiġi aċċessata kemm minn fuq l-Appstore, Google Plays u kif ukoll tista’ tiġi aċċessata minn Maltapps li tagħti viżibilità u aċċess għas-servizzi kollha ppubblikati mill-Gvern Malti.