Tnediet il-kanzunetta ‘L-Isbaħ Fjura’ tal-kantanta Charlene Rae, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.
Il-kantanta ddeskriviet din il-kanzunetta bħala waħda personali għaliex hija ddedikata għall-missierha.
Hija qalet li minkejja li ħalla ħafna swied tal-qalb, missierha dejjem inkoraġġieha ħafna matul ħajjitha.
Għaldaqstant Charlene Rae flimkien mat-tim tagħha, nediet din il-kanzunetta sabiex toffri wens lil dawk li tilfu lil missierhom.
Il-Kompożitur u l-Awtur ta’ din il-kanzunetta huma Glen Vella u Emil Calleja, filwaqt li l-produzzjoni kienet f’idejn Matteo Depares.