L-akbar avveniment Rock li jattira lejh eluf ta’ Maltin.
Fl-għaxar ijiem li ġejjin min se jaqta’ l-biljetti ser igawdi minn skontijiet fil-prezz bħala parti minn offerta.
Rockestra ser issir fit-28 ta’ Settembru. Intant il-pjan huwa li Rockestra tkompli ssir u tkompli tikber fil-5 snin li ġejjin.
Il-President ta’ Malta, George Vella, esprima x-xewqa tiegħu li għal sena oħra, jerġa’ jkun hemm attendenza sabiħa mill-pubbliku għal Rockestra. Filwaqt li jiddevertu bil-mużika, il-poplu jgħin lill-Malta Community Chest Fund.