Minn tal-inqas tnax-il persuna nqatlu wara attakki ta’ bomba suwiċida f’Damasku, fis-Sirja. Dan wara li żewġ splużjonijiet kbar heżżu s-subborg ta’ Sayyida Zeinab fin-naħa t’isfel ta’ Damasku.
Il-grupp tal-Istat Iżlamiku qal li tliet militanti wettqu dawn l-attakki li fihom indarbu wkoll minn tal-inqas 55 persuna. Fl-aħħar xhur, dan is-subborg li fih hemm moskea meqjusa importanti ħafna għall-Musulmani, intlaqtet minn numru ta’ attakki simili li ħallew mijiet mejta u midruba.
Aktar minn 200,000 persuna tilfu ħajjithom u ħdax-il miljun oħra telqu minn djarhom f’aktar minn ħames snin ta’ gwerra ċivili fis-Sirja.