Il-pulizija qalu li tnax-il persuna mietu vvelenati mill-monossidu tal-karbonju f’resort tal-iskiing fil-Georgia.
Skont uffiċjali, l-iġsma ta’ tnax-il turist u bniedem lokali nstabu f’kamra tal-irqad sitwata fuq ristorant f’Gudauri li huwa l-ogħla u l-akbar resort tal-iskiing fl-eks stat Sovjetiku.
Minn testijiet preliminari, il-pulizija qalet li ma kien hemm l-ebda sinjali ta’ vjolenza u jidher li l-imwiet kienu aċċidentali kawża ta’ ġeneratur li jaħdem biż-żejt u li kien inxtegħel wara li l-binja sfat bla dawl il-Ġimgħa.
Il-mejta nstabu s-Sibt fit-tieni sular ta’ binja li fiha wkoll ristorant Indjan. L-awtoritajiet fetħu investigazzjoni u l-identità tal-vittmi għadha mhux magħrufa.