Minn tal-inqas tnax-il persuna oħra indarbu wara li karru tal-karnival sfronda f’Rio de Janeiro fis-Sambadrome, il-post fejn ta’ kull sena l-iskejjel tas-samba jtellgħu l-parata tal-karnival.
Passaġġ li kien fuq il-karru, li kien qed jintuża miż-żeffiena, spiċċa sfronda fejn iż-żeffiena spiċċaw waqgħu minn fuqu.
L-inċident seħħ jum wara li għoxrin persuna sfat mdruba fis-Sambadrome wara li karru baqa’ dieħel f’ċint.
Il-Pulizija qed tinvestiga iż-żewġ inċidenti.