Bħal-lum tnax-il sena tħabbret il-mewt tat-Tabib u l-eks deputat Laburista Karl Chircop.
Chircop kien miet fi sptar f’Londra wara li sofra minn puplesija u mbagħad emorraġija fil-moħħ.
Hu miet wara li għamel għaxar ġimgħat f’koma fl-Isptar National Hospital of Neurology and Neurosurgery.
F’post fuq il-profil ta’ Facebook, ibnu, it-Tabib Jan Chircop kiteb li ma tgħaddix ġurnata li ma jiftakarx fih u fil-memorji li ħalla warajh.
Karl Chircop ħalla jibkuh lil martu Adriana u lill-erbat itfal tiegħu.