Raġel b’passaport Amerikan kien ikkundannat 12 -il sena ħabs mill-Imħallef Edwina Grima wara li ammetta li f’Mejju tal-2013 u ż-żmien ta’ qabel traffika droga kokaina flimkien ma’ persuni oħra.
Il-piena ta’ ħabs, kif ukoll €25,000 multa, tirrifletti wkoll il-fatt li l-akkużat, John Joseph Evans, ammetta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu fi stadju bikri.
Il-Qorti ordnat ukoll li jkun hemm il-konfiska favur il-gvern tal-oġġetti kollha li ntużaw waqt ir-reat u li huma proprjetà ta’ Evans.
Fl-istess ħin ordnat ukoll li jinqerdu l-oġġetti kollha esebiti f’dan il-każ fosthom id-droga u oġġetti relatati mat-teħid tad-droga.