Karozza tal-linja li kienet qed iġġorr turisti li kienu ġejjin minn fuq cruiseliner inqalbet fil-Messiku u konsegwenza ta’ hekk mietu tnax-il persuna. Tmintax-il persuna oħra sfw feruti fil-ħabta li seħħet fl-istat ta’ Quintana Roo.
Il-karozza tal-linja kienet qed iġġorr wieħed u tletin persuna, li kienu abbord il-cruiseliner Royal Caribbean, lejn is-sit storiku tal-Maja Chaccoben.
Dawk abbord il-vettura kienu ġejjin mill-Istati Uniti, l-Italja, Svezja u l-Brazil. Kien hemm ukoll xufier lokali u erba gwidi.