Minn tal-inqas tnax-il persuna mietu wara li dgħajsa ppakkjata b’Musulmani Rohingya li kienu qed jaħarbu mill-vjolenza f’Myanmar inqalbet viċin Bangladesh.
Diveri persuni għadhom nieqsa wara l-inċident li seħħ fix-xmara Naf tard il-Ħadd. Huwa mifhum li kien hemm mal-mitt persuna fuq id-dgħajsa, fosthom tfal.
Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ.
In-numru eżatt tan-nies li kienu fuq id-dgħajsa għadu mhux ikkonfermat, b’uffiċjali tal-gwardja tal-fruntiera jagħtu ċifri ta’ bejn erbgħin u mija.
Uffiċjali qalu li s’issa kienu rikoverati l-iġsma ta’ għaxart itfal, mara u raġel.