Matul is-sena 2016, in-numri ta’ persuni li tilfu ħajjithom fl-ibħra Maltin kien jammonta għal tnax-il persuna. Disgħa minnhom kienu ta’ sess maskili filwaqt li tlieta kienu ta’ sess feminili.
L-etajiet ivarjaw bejn is-sbatax-il sena u 78 sena. In-nazzjonalità tagħhom kienu tlieta Maltin, tlieta Pollakki, tnejn Ġermaniżi, wieħed Slovak, wieħed Ungeriż, waħda Olandiża u wieħed ta’ nazzjonalità Ingliża.
Din l-informazzjoni ħarġet minn mistoqsija parlamentari li saret lill-Ministru Carmelo Abela mid-deputat Anthony Agius Decelis.