Dalgħodu qed tasal fi tmiemha konferenza taż-żona Ekonomika Ewropea (EEA) u Norway Grants Malta, programm għal organizazzjonijiet mhux governattivi.
Dan il-programm ibbenefikaw minnu tnax-il organizazzjoni f’pajjiżna partikolarment f’proġetti relatati ma’ networking. F’dan kollu, l-NGO SOS Malta serviet bħala operatur tal-fondi. Programm bħal dan għandu l-għan li jsaħħaħ l-iżvillupp tas-soċjetá ċivili u jgħin fil-kontribuzzjoni fejn tidħol ġustizzja soċjali u żvilupp sostenibbli. SOS Malta taħdem ma’ organizazzjonijiet lokali u internazzjonali li huma soċjalment żvantaġġati.
Fid-diskors tagħha l-Ministru Helena Dalli saħqet li n-networking mhux biss huwa ta’ benefiċċju għall-organizazzjonijiet u l-membri tagħhom imma wkoll għax iservi biex isir titjib fil-prattiċi eżistenti u tajbin fi stati membri individwali.