Fl-aħħar sigħat feġġew 12-il każ minn fost 2,916-il test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 68 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 996,631 test.
Ingħataw ukoll 682,731 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 362,262 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 335,153 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.