Wara l-wasal mhux mistennija ta’ qatgħa fjamingi fir-riserva naturali tal-Għadora, il-Ġimgħa filgħaxija 12-il ċikonja bajda niżlu jorqdu fuq krejn fi Triq Adeodato Gatt, f’Ħaz-Żebbuġ.
Dawn l-għasafar qiegħdin ipassu lejn l-Afrika u kmieni s-Sibt filgħodu ser ikunu bosta li jitpaxxew bis-sbuħija tagħhom meta dawn ikomplu bil-vjaġġ taghhom.
Din iż-żona qiegħda tiġi mgħassa mill-Pulizija u uffiċjali tla BirdLife Malta.
Ritratti: Bradley Farrugia