Fl-ewwel ħames xhur tas-sena ġie rreġistrat tnaqqis ta’ €68.7 miljun fil-fond konsolidat meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2016. Fil-fatt, meta wieħed iqabbel mal-ewwel ħames xhur tas-sena 2016, id-defiċit kien ta’ €71.3 miljun filwaqt li d-defiċit din is-sena niżel għal €2.6 miljun.
Dan it-tnaqqis kien riżultat ta’ żieda sinifikanti fil-kategoriji ewlenin ta’ dħul, filwaqt li kien hemm żieda fin-nefqa rikurrenti. Fil-fatt, matul il-perjodu minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena, id-dħul rikorrenti żdied b’ € 165.4 miljun, filwaqt li n-nefqa rikorrenti żdiedet bi € 84.5 miljun. Minn Jannar sa Mejju 2017 in-nefqa kapitali żdiedet b’€17.8miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
B’reazzjoni għal dan il-Ministru Edward Scicluna qal “Għandi l-pjaċir ninnota li fl-ewwel ħames xhur tas-sena, irnexxielna nirreġġistraw tnaqqis ta’ €68.7 miljun fid-defiċit meta mqabbel mal-istess xhur fl-2016. Dan huwa riżultat pożittiv ieħor f’sena ta’ suċċess li rriżultat f’surplus.”