Tnaqqis rekord ta’ persuni li jibbenefikaw mill-benefiċċji soċjali.
Għal diversi xhur, f’pajjizna ilna b’lanqas numru li qatt kellna ta’ persuni fuq l-benefiċċji Soċjali, hekk kif in-numru nizel għall-ewwel darba taħt it-tmint elef.
Bejn Diċembru elfejn u tnax u Lulju ta’ din is-sena, il-persuni fuq il-benefiċċji soċjali nizlu bi tlieta u erbgħin punt wieħed fil-mija.
Dan ifisser li l-mizuri soċjali li ittieħdu f’dawn il-ħames snin u sebgħa xhur ħallew il-frott.
F’Diċembru elfejn u tnax kien hemm tlettax-il elf disgħa mija erbgħa u disgħin persuna fuq il-benefiċċi soċjali.
Sabiex il-Lulju ta’ din is-sena kien hemm sebat elef disgħa mija u erbgħin persuna.
Il-Ministru għall-familja u s-solidarjeta soċjali Michael Falzon esprima sodisfazzjoni tiegħu għal dan ir-rizultat rekord u pozittiv.
Huwa riżultat tas-suċċess. Iktar nies jaħdmu. Jikkontribwixxu fl-ekonomija tagħna u iktar nies ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar.
Il-persuni fuq il-benefiċċji soċjali, inkluż ommijiet mhux miżżewġa, minn disat elef sebgħa mija ħamsa u sebgħin f’Diċembru elfejn u tnax, niżlu għal sebat elef mija tnejn u erbgħin persuna.
Dan ifisser li b’kollox niżlu għal sitta u għoxrin punt disgħa fil-mija.
Aktar minn hekk, l-persuni fuq l-Ghajnuna Soċjali għax kienu mingħajr impjieg nizlu bi tmenin punt disgħa fil-mija.
Minn erbat elef mija erbgħa u sebgħin persuna f’Diċembru elfejn u tnax għal sebgħa mija tmienj u disgħin f’Lulju ta’ din is-sena.
Iktar figuri l-qgħad kompla jonqos fejn hemm tmenin fil-mija inqas mill-beneficcji soċjali għax qegħdin fid-dinja tax-xogħol.
Għaldaqstant, il-Ministru għal familja u s-solidarjeta soċjali Michael Falzon qal li aktar minhekk dawn il-persuni jekk ikomplu jaħdmu, meta fil-futur jilhqu l-eta’ tal-irtirar ikollhom dritt ghall-pensjoni.
Filwaqt li innota li dawn huma mizuri li qed inaqqsu l-faqar tal-lum u jipprevenu l-faqar fil-futur.
Meta jkollok prosperity with a purpose ifisser li taqsam il-ġid bejn kulħadd. U aħna ma nifirħux biss bin-numri.