L-Arċidjoċesi ta’ Malta rreġistrat tnaqqis ta’ kważi €1.5miljun fis-surplus tagħha.
Meta ġie ppreżentat ir-rapport finanzjarju għall-2017, sar magħruf li matul is-sena l-oħra is-surplus kien ta’ ftit anqas minn €400,000Dan għal kuntrarju tas-sena ta’ qabel, meta l-Arċidjoċesi ta’ Malta rreġistra surplus ta’ €1.8 miljun
Fl-istess rapport finanzjarju sar magħruf li l-Kurja tal-Arċisqof, li tagħmel parti mill-arċidjoċesi, iżda b’rapport awditjat separat, rreġistrat surplus ta’ ftit aktar minn €800,000
Michael Pace Ross, Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta spjega kif dan it-tnaqqis konsiderevoli fis-surplus ġej wara li żdiedet in-nefqa fosthom żidiet fil-pagi ta’ professjonijiet fid-djar u skejjel tal-Knisja. Spjega li kien hemm dħul qawwi mill-kirjiet, ċnus u qbiela fuq propjetajiet li għandha l-Knisja.Filfatt id-dħul mill-propjetà żdied b’ħamsa u tletin fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Mir-rapport finanzjarju tal-Knisja sar magħruf ukoll li permezz ta’ ftehim mal-Gvern, il-Knisja qed idaħħal ftit iżjed minn €9miljun
In-nefqa fl-Arċidjoċesi ta’ Malta żdiedet ukoll fosthom fir-restawr u l-konservazzjoni fuq il-propjetà u l-opri tal-arti li għandha l-Knisja.