Fi Frar li għadda l-ammont ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol naqas sostanzjalment minn Frar ta’ sena qabel; minn 4,511 għal 2,766.
Statistika minn Jobsplus tindika tnaqqis ta’ 1,645 perunsa tirreġistra għax-xogħol taħt Part I, jiġifieri dawk li qed ifittxu impjieg għall-ewwel darba jew dawk li se jidħlu fid-dinja tax-xogħol mill-ġdid. Din tinkludi wkoll ħaddiema li twaqqfilhom l-impjieg preċedenti.
Naqqsu wkoll b’mija l-ammont ta’ persuni jfittxu impjieg taħt Part II, jiġifieri dawk li kienu telqu mix-xogħol, kienu jirrifjutaw li jaħdmu jew jitħarrġu, jew li kienu ttieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tagħhom.
L-ikbar tnaqqis kien irreġistrat fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw aktar minn sena.
Dawk b’diżabilta u li kienu qed jirreġistraw naqqsu minn 307 għal 74.