Il-Gvern se jkun qed inaqqas ir-rata ta’ taxxa bin-nofs fuq il-bejgħ jew xiri tal-propjetà sal-ewwel €200,000 li tkun ġiet mikrija għal mhux inqas minn għaxar snin b’rati affordabbli għall-użu ta’ residenza primarja.
Din kienet miżura oħra li ħabbar il-Ministru għal-Finanzi Clyde Caruana waqt id-diskors tiegħu tal-Budget għas-sena 2022 hekk kif spjega li din tapplika għall-inkwilini li jkunu eleġibbli għall-Benefiċċju tal-Kera maħruġ mill-Awtorità tad-Djar.
B’rabta ma’ dan, il-Ministru Caruana ħabbar ukoll li jekk il-propjetà tinbigħ lill-inkwilin stess, ma titħallasx taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kirjiet ikkontrollati, se jkun hemm ukoll sussidju fuq xogħlijiet ta’ adattament strutturali biex jiġi evitat periklu fid-djar suġġetti għall-kera ta’ qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.
Fil-fatt, dan se jkun qed jitla’ għal €250,000 u b’hekk se jkun qed jingħata sussidju li jlaħħaq il-€25,000.